Values and rights, rule of law, security
#TheFutureIsYours Looking after citizens’ freedoms
L-Ewropa li Nixtieq - 2: Nipproteġu u Nippromwovu l-Valuri Ewropej
Waqt li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet u l-valuri umani, inklużi dawk ta’ gruppi minoritarji, u tiġġieled ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-vjolenza u t-terroriżmu, l-Unjoni Ewropea trid tiggarantixi ambjent li jipproteġi dawn il-valuri u l-liġijiet li joħorġu minnhom.
Ma’ panel ta’ kelliema minn oqsma differenti niddiskutu l-passi li jmiss għal Unjoni ta’ Ugwaljanza u Unjoni ta’ Sigurtà.
Il-parteċipazzjoni f’din id-diskussjoni tkun onlajn, bil-Malti.
Din hija t-tieni laqgħa pubblika fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li hija inizjattiva madwar l-Ewropa kollha li tagħti opportunità liċ-ċittadini li huma interessati li jagħtu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom fuq diversi suġġetti għall-bini tal-Ewropa tal-futur.
Event report
Panel ta’ kelliema f’oqsma differenti minn Għawdex iddiskutew il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej: Dr Sean Zammit (Association for Gozitan Employees in Malta); Mario Borg (Gozo Regional Development Authority); Eric Grech (Gozo University Group); Daniel Borg (Gozo Business Chamber); il-MPE Josianne Cutajar (S&D); Dr Samuel Azzopardi (Membru fil-Kumitat tar-Reġjuni); Dr Elena Grech (Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f‘Malta). Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Carmelo Abela u l-Kap Eżekuttiv ta’ SEM, Mandy Falzon segwew id-diskussjoni biex il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minnha jiġu rappurtati lill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Id-diskussjoni ffukat fuq it-triq ’il quddiem fejn jidħol it-tisħiħ tal-valuri Ewropej tad-demokrazija, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. Dawn kienu l-konklużjonijiet ewlenin li ħarġu: • L-Unjoni Ewropea għandu jkollha valur wieħed – it-tolleranza – mhux biss tal-opinjonijiet, imma li tara li titwettaq l-inklussività fil-prattika. Waqt li saru avvanzi kbar, l-Unjoni Ewropea għandha tara li f’dak kollu li tagħmel jitħares il-ġid komuni, mhux tal-maġġoranza, imma tal-minoranzi kollha li jeżistu. • Waqt li element essenzjali li jagħmilna Ewropej huma d-drittijiet f’kull qasam, għandu jiġi żgurat li dawn ma jibqgħux fuq il-karta, imma li jissarrfu konkretament f’ġid effettiv. • L-ekonomija m’għandhiex tkun l-għan aħħari tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, imma l-ekonomija għandha tissarraf f’ġid soċjali. • L-UE għandha tagħti iktar attenzjoni lill-ħtiġijiet tal-pajjiżi li huma fil-periferija, li huma żvantaġġjati f’ħafna aspetti meta mqabbla ma’ pajjiżi li huma konnessi b’ħafna modi, waqt li pajjiżna huwa limitat għall-ivvjaġġar bl-ajru u bil-baħar. Min-naħa l-oħra, pajjiżna għandu jisfrutta l-opportunitajiet li se ġġib magħha t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, li jistgħu jnaqqsu dawn l-iżvantaġġi u joħorġu aktar il-potenzjal tal-gżejjer. • Biex il-proġett Ewropew jirnexxi, l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tapplika l-politiki u l-liġijiet tagħha għal kulħadd bl-istess mod, imma trid tqis is-sitwazzjonijiet partikolari tal-gżejjer. • Iċ-ċittadini Ewropej iridu jaraw aktar azzjonijiet konkreti li jmissu l-ħajja tagħhom ta’ kuljum, bħal pereżempju paga minima aktar diċenti, għaliex huma dawn il-każi fejn tidħol is-solidarjetà fil-prattika. • Huwa tajjeb li l-ħaddiema u ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunitajiet li jtejbu l-futur tagħhom, imma mhux kulħadd hu żagħżugħ jew ħaddiem. Meta mistoqsija fejn jixtiequ li jaraw l-Unjoni Ewropea għaxar snin oħra, il-kelliema semmew: l-attenzjoni ewlenija għall-ambjent; l-involviment konkret ta’ kull pajjiż biex kulħadd jerfa’ l-piż tal-immigrazzjoni; Ewropa tolleranti f’kull sens u fil-konkret; Ewropa ġusta, ħanina, tolleranti u solidali, li tisma’, tevalwa u tattwa; Ewropa li tagħti l-poter f’idejn in-nies; Ewropa li tagħti każ tal-gżejjer.Share:
Share link:
Please paste this code in your page:
<script src="https://futureu.europa.eu/processes/ValuesRights/f/11/meetings/61612/embed.js"></script>
<noscript><iframe src="https://futureu.europa.eu/processes/ValuesRights/f/11/meetings/61612/embed.html" frameborder="0" scrolling="vertical"></iframe></noscript>
Report inappropriate content
Is this content inappropriate?
- Call us 00 800 6 7 8 9 10 11
- Use other telephone options
- Write to us via our contact form
- Meet us at a local EU office
- European Parliament
- European Council
- Council of the European Union
- European Commission
- Court of Justice of the European Union (CJEU)
- European Central Bank (ECB)
- European Court of Auditors (ECA)
- European External Action Service (EEAS)
- European Economic and Social Committee (EESC)
- European Committee of the Regions (CoR)
- European Investment Bank (EIB)
- European Ombudsman
- European Data Protection Supervisor (EDPS)
- European Data Protection Board
- European Personnel Selection Office
- Publications Office of the European Union
- Agencies
0 comments
Loading comments ...