Values and rights, rule of law, security
#TheFutureIsYours Looking after citizens’ freedoms
Warning: Automatic translations may not be 100% accurate.
Show automatically-translated text
'L-Ewropa li Nixtieq' - 2: Nipproteġu u nippromwovu l-valuri Ewropej
22/09/2021 07:43
0 comments
Event report available
Il-valuri fundamentali li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea jiggarantixxu stil ta’ ħajja Ewropew, mibni madwar il-valuri tas-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja.
Waqt li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet u l-valuri umani, inklużi dawk ta’ gruppi minoritarji, u tiġġieled ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-vjolenza u t-terroriżmu, l-Unjoni Ewropea trid tiggarantixi ambjent li jipproteġi dawn il-valuri u l-liġijiet li joħorġu minnhom.
Lil hinn mill-protezzjoni, il-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew jassigura l-ġejjieni ta’ soċjetajiet Ewropej aktar b’saħħithom, aktar koeżivi u aktar reżiljenti.
Unjoni għall-Ugwaljanza
L-Unjoni Ewropea tiżgura li l-liġijiet jiġu rispettati u tgħin fil-ħarsien tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha permezz ta’:
L-Unjoni Ewropea tiżgura li l-liġijiet jiġu rispettati u tgħin fil-ħarsien tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha permezz ta’:
Il-monitoraġġ tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri jimxi skont qafas ġdid tal-istat tad-dritt.
L-inugwaljanzi fl-Unjoni ġew indirizzati permezz tal-Istrateġija għall-Ugwaljanza tal-Ġeneru, il-Pjan ta’ Azzjoni kontra r-Razziżmu, u l-Istrateġija għall-Ugwaljanza tal-LGBTIQ. Dawn l-istrateġiji jibnu fuq id-drittijiet kontra d-diskriminazzjoni stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jipprojbixxu kull forma ta’ diskriminazzjoni.
Protezzjoni għolja lill-konsumaturi permezz ta’ politiki u regoli b’saħħithom permezz tal-Aġenda ġdida għall-Konsumaturi.

Unjoni ta’ Sigurtà
L-Istrateġija Unjoni ta’ Sigurtà tipprovdi l-għodda u l-miżuri li jiżguraw is-sigurtà fl-ambjenti fiżiċi u diġitali. Din l-istrateġija tikkonsisti f’erba’ prijoritajiet ta’ azzjoni:
L-Istrateġija Unjoni ta’ Sigurtà tipprovdi l-għodda u l-miżuri li jiżguraw is-sigurtà fl-ambjenti fiżiċi u diġitali. Din l-istrateġija tikkonsisti f’erba’ prijoritajiet ta’ azzjoni:
ambjent ta’ sigurtà għall-futur, bil-protezzjoni tal-infrastruttura fiżika u online li minnha jibbenefikaw iċ-ċittadini ta’ kuljum.
jiġu indirizzati t-theddidiet li qegħdin jevolvu, b’għodod li jgħinu fl-infurzar tal-liġijiet, u l-identifikazzjoni u t-tressiq tal-kriminali quddiem il-ġustizzja.
il-protezzjoni mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, permezz ta’ għodod ġodda għal infurzar effettiv tal-liġi.
ekosistema b’saħħitha ta’ sigurtà, bil-promozzjoni tal-innovazzjoni bħala għodda strateġika fil-ġlieda kontra t-theddid attwali u biex jiġu antiċipati kemm ir-riskji kif ukoll l-opportunitajiet futuri.
Il-laqgħa, li se titmexxa mill-ġurnalist ta’ TVM, Mario Xuereb, se tikkonsisti f’interventi minn numru ta’ persuni involuti f’diversi setturi u f’interventi minn dawk li jissieħbu onlajn.

Biex tirreġistra għall-parteċipazzjoni onlajn permezz tal-pjattaforma Zoom, ibgħat email lil info.sem@gov.mt billi tindika jekk tirrappreżentax xi organizzazzjoni.
Event report
Panel ta’ kelliema f’oqsma differenti minn Għawdex iddiskutew il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej mal-ġurnalist ta’ TVM, Mario Xuereb fis-sala tal-esibizzjonijiet fiċ-Ċittadella. Il-kelliema kienu dawn: Dr Sean Zammit (Association for Gozitan Employees in Malta); Mario Borg (Gozo Regional Development Authority); Eric Grech (Gozo University Group); Daniel Borg (Gozo Business Chamber); il-MPE Josianne Cutajar (S&D); Dr Samuel Azzopardi (Membru fil-Kumitat tar-Reġjuni); Dr Elena Grech (Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f‘Malta). Parteċipanti oħra fid-diskussjoni setgħu jieħdu sehem online. Id-diskussjoni ffukat fuq it-triq ’il quddiem fejn jidħol it-tisħiħ tal-valuri Ewropej tad-demokrazija, is-solidarjetà, l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. Dawn kienu l-konklużjonijiet ewlenin li ħarġu: L-Unjoni Ewropea għandu jkollha valur wieħed – it-tolleranza – mhux biss tal-opinjonijiet, imma li tara li titwettaq l-inklussività fil-prattika. Waqt li saru avvanzi kbar, l-Unjoni Ewropea għandha tara li f’dak kollu li tagħmel jitħares il-ġid komuni, mhux tal-maġġoranza, imma tal-minoranzi kollha li jeżistu. Waqt li element essenzjali li jagħmilna Ewropej huma d-drittijiet f’kull qasam, għandu jiġi żgurat li dawn ma jibqgħux fuq il-karta, imma li jissarrfu konkretament f’ġid effettiv. L-ekonomija m’għandhiex tkun l-għan aħħari tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, imma l-ekonomija għandha tissarraf f’ġid soċjali. L-UE għandha tagħti iktar attenzjoni lill-ħtiġijiet tal-pajjiżi li huma fil-periferija, li huma żvantaġġjati f’ħafna aspetti meta mqabbla ma’ pajjiżi li huma konnessi b’ħafna modi, waqt li pajjiżna huwa limitat għall-ivvjaġġar bl-ajru u bil-baħar. Min-naħa l-oħra, pajjiżna għandu jisfrutta l-opportunitajiet li se ġġib magħha t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, li jistgħu jnaqqsu dawn l-iżvantaġġi u joħorġu aktar il-potenzjal tal-gżejjer. Biex il-proġett Ewropew jirnexxi, l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tapplika l-politiki u l-liġijiet tagħha għal kulħadd bl-istess mod, imma trid tqis is-sitwazzjonijiet partikolari tal-gżejjer. Iċ-ċittadini Ewropej iridu jaraw aktar azzjonijiet konkreti li jmissu l-ħajja tagħhom ta’ kuljum, bħal pereżempju paga minima aktar diċenti, għaliex huma dawn il-każi fejn tidħol is-solidarjetà fil-prattika. Huwa tajjeb li l-ħaddiema u ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunitajiet li jtejbu l-futur tagħhom, imma mhux kulħadd hu żagħżugħ jew ħaddiem. Meta mistoqsija fejn jixtiequ li jaraw l-Unjoni Ewropea għaxar snin oħra, il-kelliema semmew: l-attenzjoni ewlenija għall-ambjent; l-involviment konkret ta’ kull pajjiż biex kulħadd jerfa’ l-piż tal-immigrazzjoni; Ewropa tolleranti f’kull sens u fil-konkret; Ewropa ġusta, ħanina, tolleranti u solidali, li tisma’, tevalwa u tattwa; Ewropa li tagħti l-poter f’idejn in-nies; Ewropa li tagħti każ tal-gżejjer.Related Ideas
Justice for everyone
What values the EU needs?
Protecting our fundamental values: Mechanism on Democracy, Rule of Law and Fundamental Rights
End discrimination between individuals based on gender
30
September 2021
17:00 - 18:15
Number of participants
30
Reference: cofe-MEET-2021-09-49105
Version number 3 (of 3) see other versions
Share:
Share link:
Please paste this code in your page:
<script src="https://futureu.europa.eu/processes/ValuesRights/f/11/meetings/49105/embed.js"></script>
<noscript><iframe src="https://futureu.europa.eu/processes/ValuesRights/f/11/meetings/49105/embed.html" frameborder="0" scrolling="vertical"></iframe></noscript>
Report inappropriate content
Is this content inappropriate?
Conference on the Future of Europe
Contact the EU
- Call us 00 800 6 7 8 9 10 11
- Use other telephone options
- Write to us via our contact form
- Meet us at a local EU office
Find an EU social media account
EU institution
Search for EU institutions
- European Parliament
- European Council
- Council of the European Union
- European Commission
- Court of Justice of the European Union (CJEU)
- European Central Bank (ECB)
- European Court of Auditors (ECA)
- European External Action Service (EEAS)
- European Economic and Social Committee (EESC)
- European Committee of the Regions (CoR)
- European Investment Bank (EIB)
- European Ombudsman
- European Data Protection Supervisor (EDPS)
- European Data Protection Board
- European Personnel Selection Office
- Publications Office of the European Union
- Agencies
0 comments
Loading comments ...
Loading comments ...