Warning: Automatic translations may not be 100% accurate.
Show automatically-translated text
Tnedija f'Malta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
12/05/2021 09:11
0 comments
Event report available
Il-programm nazzjonali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa se jitnieda f'Malta waqt konferenza tal-aħbarijiet, mill-Kap Eżekuttiv ta' Servizzi Ewropej f'Malta (SEM), Mandy Falzon, fil-preżenza tal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet se jingħata ħjiel tal-programm ta' attivitajiet għal din is-sena li se jkunu organizzati minn SEM, id-Dipartiment għall-Kordinament tal-UE u r-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-UE. L-attivitajiet nazzjonali huma maħsuba biex jistimulaw id-diskussjoni f'Malta.
Ir-rwol ta' dan il-kumitat se jkun li jippromwovi l-Konferenza f'Malta f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, inkluż ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew f’Malta.
It-tnedija tista’ tiġi segwita mill-paġna ta’ Facebook ta’ SEM – servizziewropej.
Iktar dettalji jinsabu hawn: https://sem.gov.mt/events-and-activities/tnedija-fmalta-tal-konferenza-dwar-il-futur-tal-ewropa/
Event report
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizzi Ewropej f’Malta, Mandy Falzon, spjegat kif permezz ta’ Pjattaforma Diġitali Multilingwi – www.futureu.europa.eu – ċittadini madwar l-Ewropa jistgħu jressqu l-veduti tagħhom fuq xi suġġett li jqisu li hu importanti għall-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel darba fuq livell Ewropew, dan jagħti l-possibiltà liċ-ċittadini biex iressqu l-ideat tagħhom, jikkummentaw fuq ideat ta’ oħrajn, u joħolqu jew jieħdu sehem f’attivitajiet organizzati. Dan kollu se jkun qiegħed jikkontribwixxi f’fora plenarji li huma l-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u l-Plenarji tal-Konferenza, li minnhom joħorġu r-rakkomandazzjonijiet aħħarija tal-Konferenza. L-eżitu aħħari tal-Konferenza jiġi ppreżentat f’rapport lill-Presidenza Konġunta. It-tliet istituzzjonijiet imbagħad jeżaminaw l-aħjar mod kif jimxu fuq ir-rapport b’mod effettiv, skont il-kompetenzi tagħhom u skont it-Trattati. Dwar il-programm nazzjonali, il-Kap Eżekuttiv ta’ SEM qalet li dan se jkun jikkonsisti f’dibattiti u diskussjonijiet fuq diversi temi fosthom, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-ekonomija wara l-pandemija, l-edukazzjoni, l-immigrazzjoni, u r-rwol ta’ Malta fil-periferija tal-Ewropa. Se jkunu mħeġġa wkoll l-attivitajiet mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u se jsiru wkoll attivitajiet mat-tfal matul Skolasajf u mal-studenti u ż-żgħażagħ, sabiex anki huma jkunu involuti f’dan il-proċess. https://sem.gov.mt/events-and-activities/tnedija-fmalta-tal-konferenza-dwar-il-futur-tal-ewropa/
18
May 2021
09:00 - 10:00
Reference: cofe-MEET-2021-05-2080
Version number 3 (of 3) see other versions
Share:
Share link:
Please paste this code in your page:
<script src="https://futureu.europa.eu/processes/OtherIdeas/f/7/meetings/2080/embed.js"></script>
<noscript><iframe src="https://futureu.europa.eu/processes/OtherIdeas/f/7/meetings/2080/embed.html" frameborder="0" scrolling="vertical"></iframe></noscript>
Report inappropriate content
Is this content inappropriate?
Conference on the Future of Europe
Contact the EU
- Call us 00 800 6 7 8 9 10 11
- Use other telephone options
- Write to us via our contact form
- Meet us at a local EU office
Find an EU social media account
EU institution
Search for EU institutions
- European Parliament
- European Council
- Council of the European Union
- European Commission
- Court of Justice of the European Union (CJEU)
- European Central Bank (ECB)
- European Court of Auditors (ECA)
- European External Action Service (EEAS)
- European Economic and Social Committee (EESC)
- European Committee of the Regions (CoR)
- European Investment Bank (EIB)
- European Ombudsman
- European Data Protection Supervisor (EDPS)
- European Data Protection Board
- European Personnel Selection Office
- Publications Office of the European Union
- Agencies
0 comments
Loading comments ...
Loading comments ...