L-Ewropa li Nixtieq - Għalija u għall-Komunità li ngħix fiha
L-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jorganizzaw it-tieni minn serje ta' panels taċ-ċittadini fil-lokalitajiet, biex jagħtu l-opportunità lil kull min jixtieq jagħti l-ideat u s-suġġerimenti dwar kif jixtieq jara l-Ewropa fil-futur.
L-attività li jmiss se toħodna l-Mosta, nhar il-Ħamis 27 ta’ Jannar fis-Sala tal-Kunsill Lokali, Livell 2, Ċentru Ċiviku, Triq il-Kostituzzjoni u tibda fis-6 ta’ filgħaxija.
F'din id-diskussjoni miftuħa, li se titmexxa mill-preżentatriċi Clare Agius, min jipparteċipa jkun jista' jitkellem dwar xi suġġett li jixtieq - l-ambjent u t-tibdil fil-klima, is-saħħa, l-immigrazzjoni, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ekonomija u anki saħansitra kif għandha titmexxa l-Unjoni Ewropea.
Kunsill Lokali Mosta, Ċentru Ċiviku, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta
Event report
Numru ta’ 25 rappreżentanti ta’ għaqdiet volontarji u tas-soċjetà ċivili ħadu sehem fit-tieni diskussjoni mis-sensiela, ‘L-Ewropa li nixtieq, għalija u għall-komunità li ngħix fiha’. Dawn il-laqgħat qegħdin jiġu organizzati f’lokalitajiet differenti f'Malta, biex ikun aktar faċli li persuni minn oqsma differenti jieħdu dehem u jressqu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar aspetti li jixtiequ li l-Unjoni Ewropea tindirizza fis-snin li ġejjin. Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta, Mandy Falzon tkellmet dwar l-għam ewlieni tal-Konferenza li jinstemgħu l-opinjonijiet u l-ideat ta’ kemm jista’ jkun nies minn setturi differenti dwar kif jixtiequ li tkun l-Unjoni Ewropea fil-futur. Dan jista’ jsir kemm permezz tas-sehem f’laqgħat bħal dawn, imma wkoll permezz ta’ Pjattaforma Diġitali f’24 lingwa, inkluż il-Malti. Permezz ta’ din l-għodda diġitali, kulħadd jista’ jressaq l-ideat u jikkummenta fuq ideat ta’ oħrajn dwar suġġetti bħall-ambjent u t-tibdil fil-klima, is-saħħa, l-immigrazzjoni, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ekonomija u anki saħansitra kif għandha titmexxa l-Unjoni Ewropea. Fuq livell Ewropew, l-ideat u s-suġġerimenti qegħdin jiġu diskussi f’sessjonijiet imsejħa plenarji u panels taċ-ċittadini, bil-ħsieb li jinġabru l-konklużjonijiet li jfasslu t-triq ‘il quddiem għall-Unjoni Ewropea, bil-konklużjonijiet jinġabru sal-aħħar tar-Rebbiegħa. Il-parteċipanti f’din id-diskussjoni tkellmu dwar suġġetti differenti u taw l-opinjoni tagħhom kif ġej: • L-ambjent u t-tibdil fil-klima għandhom ikunu prijorità għal kull Ewropew, biex l-Ewropa jkollha futur aħjar mil-lum. Imma biex dan iseħħ għandu jkollna sens ta’ komunita waħda li taħdem għal għanijiet komuni. • L-integrazzjoni għandha tkun prijorita għall-UE, biex fid-diversità u l-multikulturaliżmu toħroġ is-sbuħija tal-Ewropa. Għaldaqstant għandhom jiġu organizzati iktar laqgħat li jġibu flimkien nies ta’ kulturi differenti. • L-Unjoni Ewropea għandha tkun iktar realistika meta tiġi għad-diversità u tirrispetta l-kulturi u t-tradizzjonijiet differenti ta’ pajjiżi differenti. It-tendenza ta’ ‘one-size-fits-all’ m’għandhiex tkun ir-regola li timxi biha għax inkella ma tkunx Unjoni jekk tfittex li l-Uniformità. Meta tfasslu d-Direttivi dwar l-abitat u l-għasafar u materji oħra, kienu applikaw korrettement il-prinċipju ta’ Unjoni billi daħħlu d-derogi li jittrattaw pajjiżi differenti skont il-kulturi u t-tradizzjonijiet tagħhom. Issa m’għadux isir hekk u dan ħażin. F’dan is-sens, l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tittratta lill-pajjiżi ż-żgħar b’mod diskriminatorju għax huma żgħar. • L-attitudni ta’ ‘one-size-fits-all’ qiegħda turta ħafna nies. Fil-każ tad-direttiva dwar il-plastik li jintuża darba, u direttivi simili, pereżempju, l-ewwel irid jittieħed kont u jsiru studji dwar l-infrastruttura u r-riżorsi tal-pajjiż, u kif dawn jolqtunies differenti f’sitwazzjonijiet differenti. Kumpaniji kbar u pajjiżi kbar ma jistgħux jiġi trattati daqs kumpaniji u pajjiżi żgħar. Il-kalkoli ma jistgħux isiru fuq il-pajjiżi l-kbar u jiġu applikati għal kulħadd l-istess. • Fl-UE għandu jkun hem iktar aċċess għal żgħażagħ ġejjin minn ambjenti diffiċli u żvantaġġjati biex huma wkoll jesprimu l-ideat tagħhom u jingħataw opportunitajiet biex huma wkoll isemmgħu leħinhom dwar il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Hekk għandha tkun prattikata l-inklużjoni soċjali. • L-UE għandha tinvesti aktar fis-saħħa u b’mod partikolari fis-saħħa mentali taż-żgħażagħ. • L-investiment li għandha tagħmel l-UE fil-qasam tas-saħħa għandu jkun fl-għajnuna konkreta u finanzjarja lill-NGOs biex jgħinu lill-istat jasal iktar għand il-pazjenti, għaliex huma iktar viċin tagħhom mill-istat, waqt li huma jkunu jafu x’inhuma l-bżonnijiet ta’ mard u kundizzjonijiet partikolari. Ir-riżultat ikun li l-istat jiffranka ħafna flus, waqt li l-NGOs ikollhom riżorsi biex jaħdmu. • F’soċjetà li dejjem qed tixjieħ aktar, l-UE għandha tagħti iktar attenzjoni lill-anzjani u l-bżonnijiet tagħhom.Share:
Share link:
Please paste this code in your page:
<script src="https://futureu.europa.eu/processes/OtherIdeas/f/7/meetings/110683/embed.js"></script>
<noscript><iframe src="https://futureu.europa.eu/processes/OtherIdeas/f/7/meetings/110683/embed.html" frameborder="0" scrolling="vertical"></iframe></noscript>
Report inappropriate content
Is this content inappropriate?
- Call us 00 800 6 7 8 9 10 11
- Use other telephone options
- Write to us via our contact form
- Meet us at a local EU office
- European Parliament
- European Council
- Council of the European Union
- European Commission
- Court of Justice of the European Union (CJEU)
- European Central Bank (ECB)
- European Court of Auditors (ECA)
- European External Action Service (EEAS)
- European Economic and Social Committee (EESC)
- European Committee of the Regions (CoR)
- European Investment Bank (EIB)
- European Ombudsman
- European Data Protection Supervisor (EDPS)
- European Data Protection Board
- European Personnel Selection Office
- Publications Office of the European Union
- Agencies
1 comment
L-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jorganizzaw it-tieni minn serje ta' panels taċ-ċittadini fil-lokalitajiet, biex jagħtu l-opportunità lil kull min jixtieq jagħti l-ideat u s-suġġerimenti dwar kif jixtieq jara l-Ewropa fil-futur.
L-attività li jmiss se toħodna l-Mosta, nhar il-Ħamis 27 ta’ Jannar fis-Sala tal-Kunsill Lokali, Livell 2, Ċentru Ċiviku, Triq il-Kostituzzjoni u tibda fis-6 ta’ filgħaxija.
F'din id-diskussjoni miftuħa, li se titmexxa mill-preżentatriċi Clare Agius, min jipparteċipa jkun jista' jitkellem dwar xi suġġett li jixtieq - l-ambjent u t-tibdil fil-klima, is-saħħa, l-immigrazzjoni, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ekonomija u anki saħansitra kif għandha titmexxa l-Unjoni Ewropea.
Loading comments ...