'L-Ewropa li Nixtieq' 1 - Unjoni Ewropea tas-Saħħa
L-Aġenzija SEM - Servizzi Ewropej f'Malta - qiegħda torganizza diversi laqgħat bit-tema, ‘L-Ewropa li Nixtieq’, sabiex jiġu diskussi numru ta’ suġġetti li se jikkontribwixxu għat-tfassil tal-futur tal-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin.
Dawn il-laqgħat huma intiżi biex ċittadini minn kull qasam tal-ħajja jagħtu l-opinjoni, jaqsmu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom dwar kif jixtiequ li jkun il-futur tal-Unjoni Eworopea f’dawn l-oqsma.
‘Unjoni Ewropea tas-Saħħa’ - Il-pandemija ġegħlitna naħsbu aktar dwar xi rwol nixtiequ li jkollha l-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam fil-futur. S’issa, il-qasam tas-saħħa għadu fil-kompetenza tal-Istati Membri, iżda matul dawn l-aħħar xhur rajna diversi inizjattivi tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm aktar koperazzjoni bejn l-Istati Membri bħal xiri konġunt tal-vaċċini, ċertifikat tal-vaċċin komuni u fondi Ewropej sabiex ikun hemm iktar riċerka għall-kura tal-COVID-19. Il-pandemija wrietna l-ħtieġa li naħdmu flimkien biex nibnu sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom u nipproteġu s-saħħa fiżika u mentali fl-Ewropa.
Minkejja dan kollu, is-saħħa mhijiex biss il-COVID-19. Hemm ħafna aktar temi li jolqtu b’mod dirett liċ-ċittadini Ewropej u li wieħed irid jaħseb aktar dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward. Dawn jinkludu: il-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej; id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura segwenti għal mard transfruntier bħall-kanċer; tagħmir aħjar tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri biex jipprevjenu u jindirizzaw aħjar il-pandemiji futuri; it-tisħiħ tal-kordinazzjoni fil-livell tal-UE meta jiġi ffaċċjat theddid transfruntier għas-saħħa.
Il-laqgħa, li se titmexxa mill-ġurnalist ta’ TVM, Mario Xuereb, u se tikkonsisti f’interventi minn numru ta’ persuni involuti f’diversi setturi tal-qasam tas-saħħa f’pajjiżna u f’interventi minn dawk li jissieħbu onlajn.
Biex tirreġistra għall-parteċipazzjoni onlajn permezz tal-pjattaforma Zoom, ibgħat email lil info.sem@gov.mt billi tindika jekk tirrappreżentax xi organizzazzjoni jew bħala individwu.
Event report
Unjoni Ewropea tas-Saħħa Fid-diskussjoni ħadu sehem numru ta’ kelliema li jaħdmu f’xi qasam jew ieħor tas-saħħa: Gertrude Buttigieg (Malta Health Network); Dr Stefan Buttigieg (Digital Health Malta); Daniela Calleja-Bitar (Richmond Foundation); Dr Chris Barbara (Direttur, Dipartiment tal-Patoloġija); Dr John Cachia (Kummissarju għas-Saħħa Mentali); Samantha Pace-Gasan (Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità); Michelle Galea (Entitlement Unit, Ministeru għas-Saħħa). Kienu preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv ta’ SEM, Mandy Falzon u l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela. Waqt id-diskussjoni, saret referenza għal diversi inizjattivi u kisbiet li saru fl-aħħar snin mill-Unjoni Ewropea u li Malta bbenefikat minnhom bħala Stat Membru. Għaldaqstant, il-futur tas-saħħa għandu jkompli jibni u jsaħħaħ fuq dak li diġà nkiseb. It-temi li ġew diskussi jorbtu mal-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, it-titjib fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura għal mard transfruntier, it-tagħmir tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri biex jipprevjenu u jindirizzaw aħjar il-pandemiji futuri, u t-tisħiħ tal-kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri biex jindirizzaw aħjar theddidiet komuni. Kemm il-kelliema u kemm il-parteċipanti onlajn qajmu diversi punti dwar id-direzzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea: • Is-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, għandha tidħol fil-politiki kollha tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Kull deċiżjoni f’kull settur tal-ħajja għandha tkun ibbażata fuq is-saħħa bħala l-bażi ta’ kollox. • Il-pazjenti għandhom ikunu fiċ-ċentru u inklużi fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar saħħithom. • Il-bżonn ta’ aktar investiment fit-tkabbir tal-ħiliet tal-professjonisti u l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. • Iktar aċċess għas-saħħa diġitali, kemm f’apparat u kemm fl-għarfien ta’ x’servizzi jeżistu u kif jintużaw. Għandha tingħata għajnuna biex it-teknoloġija tintuża aktar u b’mod aħjar, l-iktar minn persuni li m’għandhomx il-ħiliet kif jużawha, jew m’għandhomx l-aċċess għaliha. • Jiġi studjat kif jistgħu jissaħħu u jitwessgħu l-benefiċċji tal-kura tas-saħħa transfruntiera. • Il-pandemija wriet il-bżonn ta’ iktar aċċess għall-informazzjoni u l-aċċess għas-saħħa bħala dritt fundamentali. • It-tkabbir tal-għarfien dwar id-drittijiet tal-pazjenti b’mod ħafif u li jinftiehem mill-pazjenti li ħafna drabi ma jifhmux il-kliem tqil u kumplikat tal-liġijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea jew tal-professjonisti. • Bżonn li nindirizzaw iktar l-iżolament u n-nuqqas ta’ ħila (helplessness) quddiem sitwazzjonijiet bħall-pandemija. • Irridu naraw kif nindirizzaw aħjar lil dawk li fil-pandemija ma ħadux is-servizzi li kellhom bżonn, jew li kellhom jitwarrbu minħabba l-pandemija (eż. L-iskrining tal-kanċer) • Il-finanzjament tas-saħħa m’għandux ikun biss għall-mediċini u l-kura, imma wkoll biex applikazzjonijiet tas-saħħa diġitali jkunu aċċessibbli u mhux bi ħlas. Dan jagħmilha iktar faċli biex in-nies jindirizzaw aspetti ta’ saħħithom bħall-piż żejjed. • Ikun faċilitat iktar li l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jogħla l-livell tal-kwalità tas-servizzi tas-saħħa u jogħlew l-istandards. • Jiġi studjat kif is-sistemi tas-saħħa jkunu aktar sostenibbli. • Attenzjoni iktar lit-tfal u l-futur tagħhom, li tilfu ħafna mill-pandemija u l-effetti fuqhom se jkunu akbar u aktar fit-tul. • Aktar investiment fil-prevenzjoni, għax din tagħti aktar riżultati effettivi fit-tul ta’ żmien. Dan jgħodd ukoll għas-saħħa mentali. • Jidħol id-dritt tal-għażla u aċċess għal trattament u informazzjoni fi u minn Stati Membri oħra, l-iktar fl-oqsma tad-diżabilità u mard rari. • Iktar inizjattivi biex is-servizz tas-saħħa jmur direttament għand il-pazjent fejn jgħix. • Nindirizzaw il-litteriżmu fis-saħħa billi jiġu megħjuna aktar l-NGOs li jaħdmu fis-settur u li huma riżors importanti minħabba l-qrubija tagħhom ma’ persuni li jbatu minn kundizzjonijiet tas-saħħa partikolari. Il-Ministru Carmelo Abela, li sema’ d-diskussjoni u l-interventi li saru, fil-konklużjonijiet tiegħu saħaq dwar l-importanza li npoġġu lill-pazjenti iktar fiċ-ċentru tas-servizzi tas-saħħa billi nirrikonoxxu li pazjenti differenti għandhom bżonnijiet differenti, kemm jekk diġitali u oħrajn. Dan jista’ jsir billi nużaw sistemi differenti ta’ kif jintlaħqu u x’servizz jingħatalhom. Huwa qal li għandna nkomplu nibnu fuq dak li tgħallimna mill-pandemija, b’mod speċjali fejn tidħol il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri li rnexxiet ħafna fix-xiri tat-tilqim u li dan għandu jitwessa’ għal każijiet oħra, bħal pereżempju l-mard rari. Kull min jixtieq jikkontribwixxi bl-ideat dwar il-futur tal-qasam tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea jista’ jidħol direttament fil-pjattaforma diġitali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fit-tema tas-saħħa, jew jibgħat il-kontribut tiegħu bil-miktub lil info.sem@gov.mt.Related Ideas
European Health Care
Creating a Resilient Health Union
European Healthcare System
Instill health-related practices from an early age
More health for EU citizens
Access to medical services throughout the EU
Mandate digital, interoperable health records
European Health Union
Coronavirus, vaccines and research
Share:
Share link:
Please paste this code in your page:
<script src="https://futureu.europa.eu/processes/Health/f/4/meetings/36598/embed.js"></script>
<noscript><iframe src="https://futureu.europa.eu/processes/Health/f/4/meetings/36598/embed.html" frameborder="0" scrolling="vertical"></iframe></noscript>
Report inappropriate content
Is this content inappropriate?
- Call us 00 800 6 7 8 9 10 11
- Use other telephone options
- Write to us via our contact form
- Meet us at a local EU office
- European Parliament
- European Council
- Council of the European Union
- European Commission
- Court of Justice of the European Union (CJEU)
- European Central Bank (ECB)
- European Court of Auditors (ECA)
- European External Action Service (EEAS)
- European Economic and Social Committee (EESC)
- European Committee of the Regions (CoR)
- European Investment Bank (EIB)
- European Ombudsman
- European Data Protection Supervisor (EDPS)
- European Data Protection Board
- European Personnel Selection Office
- Publications Office of the European Union
- Agencies
1 comment
L'attuale orientamento della UE in favore dei brevetti sulle medicine che ha minato la salute dei cittadini europei nel corso della pandemia coronavirus è semplicemente stupido. Tecnicamente il contrasto alla diffusione pandemica di un virus non comprende le parole "confini" e "mercato".
Loading comments ...