Tibdil fil-klima u l-ambjent
#TheFutureIsYours Inwittu t-triq għal futur aktar sostenibbli
Inwittu t-triq għal futur aktar sostenibbli
Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ħsara ambjentali hija kwistjoni urġenti għall-Unjoni Ewropea u għad-dinja kollha. Biex niksbu dinja aħjar għalina lkoll, għandna bżonn strateġija fejn l-Ewropa tkompli tmexxi d-dinja fit-triq lejn is-sostenibbiltà u n-newtralità klimatika.
Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin biex tissottometti l-ideat tiegħek.
- Użu effiċjenti tar-riżorsi għal ekonomija ċirkolari
- Restawr tal-bijodiversità u tnaqqis tat-tniġġis
- L-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta u inklużiva
Skopri l-kategoriji fid-dettall
X’qiegħda tagħmel l-UE?
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew hu l-pjan tagħna biex nagħmlu l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea waħda sostenibbli, inbiddlu l-isfidi klimatiċi u ambjentali f’opportunitajiet, u nagħmlu t-tranżizzjoni ġusta u inklużiva għal kulħadd.
Il-Patt Ekoloġiku hu l-istrateġija l-ġdida għat-tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni Ewropea f’ekonomija moderna, newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva. F’dan il-futur:
- ma jkun hemm ebda emissjoni netta ta’ gassijiet b’effett serra sal-2050
- it-tkabbir ekonomiku huwa diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi
- ebda persuna jew ebda post ma jibqa’ lura fit-tranżizzjoni lejn soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti
Il-missjonijiet tal-UE huma kontribut ewlieni għall-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Kull missjoni ser topera bħala portafoll ta' azzjonijiet – bħal proġetti ta' riċerka, miżuri ta' politika jew saħansitra inizjattivi leġiżlattivi - biex jinkiseb għan li jista' jitkejjel li ma setax jinkiseb permezz ta' azzjonijiet individwali. Huma parti integrali mill-programm qafas Orizzont Ewropa.
Tixtieq issir taf aktar dwar dan is-suġġett?
- Patt Ekoloġiku Ewropew
- Tibdil fil-klima: x’inhu jagħmel il-Parlament Ewropew
- Ekonomija ċirkolari u tnaqqis tal-iskart: x’inhu jagħmel il-Parlament Ewropew
- Tibdil fil-klima - x’inhi tagħmel l-UE
- Bijodiversità - kif l-UE tipproteġi n-natura
- Newtralità klimatika - 5 fatti dwar l-għan tal-UE għan-newtralità klimatika
- L-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mal-klima u l-ambjent
- Missjonijiet tal-UE għal: Adattament għat-Tibdil fil-Klima; Nirrestawraw l-Oċean u l-Ilmijiet tagħna; Bliet Newtrali għall-Klima u Intelliġenti; Ftehim dwar il-Ħamrija għall-Ewropa
Ideat Ara l-ideat kollha (3748)
Aqsam:
Jekk jogħġbok ippejstja dan il-kodiċi fil-paġna tiegħek:
<script src="https://futureu.europa.eu/processes/GreenDeal/embed.js?locale=mt"></script>
<noscript><iframe src="https://futureu.europa.eu/processes/GreenDeal/embed.html?locale=mt" frameborder="0" scrolling="vertical"></iframe></noscript>
Statistika
Parteċipanti
Parteċipanti fl-avveniment
Ideat
Kummenti
Avvenimenti
Approvazzjonijiet
Segwaċi
- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Kunsill Ewropew
- Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE)
- Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
- Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
- Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
- Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (KtR)
- Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
- L-Ombudsman Ewropew
- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
- Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
- L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
- l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
- Aġenziji
Aqsam: