Demokrazija Ewropea
#TheFutureIsYours Tisħiħ tad-Demokrazija Ewropea
Tisħiħ tad-Demokrazija Ewropea
Kontribut għad-demokrazija Ewropea jfisser li ssemma’ l-vuċi tiegħek, kemm billi tipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej, fejn iċ-ċittadini jeleġġu direttament lill-Membri tal-Parlament Ewropew kull 5 snin, kif ukoll barra mill-perjodi elettorali. L-aħħar elezzjonijiet Ewropej, li saru fl-2019 kellhom l-ogħla parteċipazzjoni f’20 sena, b’aktar minn 200 miljun votant u b’żieda kbira ta’ votanti żgħażagħ.
Fl-istess ħin, id-demokrazija fl-UE u l-pajjiżi tagħha qed taffaċċja sfidi bħaż-żieda fl-estremiżmu, id-diżinformazzjoni u d-distanza perċepita bejn in-nies u r-rappreżentanti eletti tagħhom.
Agħżel waħda mill-kategoriji li ġejjin biex tagħmel il-proposti tiegħek.
- Semma’ leħnek dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea
- Nipproteġu d-demokraziji tagħna
- Media
- Diżinformazzjoni
Skopri l-kategoriji fid-dettall
X’qiegħda tagħmel l-UE?
Ir-rati għolja ta’ parteċipazzjoni huma l-karatteristika ta’ demokraziji b’saħħithom u se nkomplu ninformaw liċ-ċittadini dwar il-politiki tal-UE u nħeġġuhom joħorġu jivvutaw.
In-nies iridu jkunu involuti aktar fil-mod kif jissawru d-deċiżjonijiet u l-politiki fil-livell Ewropew, u mhux biss fiż-żmien tal-elezzjonijiet. Dan hu l-għan tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Hemm ukoll għadd ta’ inizjattivi oħra tal-UE li jappoġġjaw il-parteċipazzjoni pubblika, bħad-Djalogi taċ-Ċittadini, l-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew.
Quddiem l-estremiżmu dejjem jiżdied u l-aħbarijiet foloz, adottajna Pjan ta' azzjoni għad-demokrazija Ewropea biex nagħmel id-demokraziji tagħna aktar reżiljenti. Il-pjan se jippromwovi elezzjonijiet ħielsa u ġusti, jirrispetta l-libertà tal-media u jsaħħaħ il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni.
Tixtieq issir taf aktar dwar dan is-suġġett?
- Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea
- Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea
- Drittijiet fundamentali fl-UE: x’inhu jagħmel il-Parlament Ewropew
- Demokrazija u drittijiet tal-bniedem: x’inhu jagħmel il-Parlament Ewropew
Aqsam: