Termini u Kundizzjonijiet
Is-sit, aċċessibbli b’dan il-url: FuturEU.europa.eu, jitħaddem f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE. L-użu ta’ dan is-sit huwa rregolat minn dawn il-kundizzjonijiet ġenerali. Meta tuża s-sit, inti tirrikonoxxi li qrajt u aċċettajt dawn il-kundizzjonijiet. Huma jistgħu jiġu mmodifikati fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż mill-Pubblikatur, li b'ebda mod ma jista jinżamm responsabbli għal kwalunkwe użu ħażin tas-servizz.
ARTIKOLU 1 – DEFINIZZJONIJIET
Għall-interpretazzjoni ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Użu (GTCU) tal-Pjattaforma, it-termini użati hawn taħt, fil-plural jew fis-singular, huma definiti kif ġej:
- Kontributur: tfisser kwalunkwe persuna li ħolqot “Kont” li permezz tiegħu hija taqbad mal-pjattaforma bl-użu ta’ login u password li huma strettament personali u kunfidenzjali u li tintervjeni fil-Pjattaforma jew biex tippubblika idea, biex tapprova jew tikkummenta dwar idea ppubblikata fuq il-Pjattaforma, jew biex tirreġistra u tirrapporta avveniment.
- Kontribuzzjoni: tfisser kwalunkwe idea miktuba minn Kontributur u soġġetta għal modifika fi żmien 30 minuta, kumment dwar idea, jew reġistrazzjoni jew rapport ta’ avveniment.
- Il-Pjattaforma Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: tfisser il-Pjattaforma online aċċessibbli għal kulħadd u li tiġbor l-ideat u r-rapporti tal-Kontributuri u l-Pubblikatur.
- Kontenut: tfisser kwalunkwe kontenut ippubblikat minn Kontributur fuq il-Pjattaforma, u b’mod partikolari kwalunkwe idea jew kumment dwar idea, kif ukoll rappurtar ta’ avvenimenti.
- Kont: tfisser l-ispazju personali ta’ Kontributur fuq is-sit FuturEU.europa.eu li jippermettilhom jaċċessaw kontenut speċifiku u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ Kontenut fuq il-Pjattaforma.
- Pjattaforma: tindika l-għodda dematerjalizzata, aċċessibbli għal kulħadd permezz tal-Internet u li permezz tagħha l-Utenti jistgħu jikkontribwixxu permezz tal-“Kont” tagħhom.
- Viżitatur: tindika kwalunkwe persuna li jkollha aċċess għal u/jew tuża l-Pjattaforma mingħajr ma tkun fetħet “Kont”.
ARTIKOLU 2 – GĦAN
L-għan ta’ din il-GTCU huwa li tiddefinixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-Pjattaforma Parteċipattiva proposta mill-Pubblikatur u aċċessibbli għal kulħadd.
Il-kontributuri huma mistiedna jipparteċipaw bil-modi li ġejjin:
- Eżempju 1: Billi jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar ideat diġà ppubblikati fuq il-Pjattaforma, billi jappoġġjawhom jew jikkummentaw dwarhom.
- Eżempju 2: Billi jaqsmu l-proposta tagħhom biex jarrikkixxu l-proġett kollu bl-esperjenza u l-ideat tagħhom.
- Eżempju 3: Billi jirreġistraw avveniment li jorganizzaw u jirrapportaw dwaru wara.
ARTIKOLU 3 - KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
It-Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu tal-Pjattaforma japplikaw, mingħajr restrizzjoni jew riżerva, għas-servizzi kollha offruti fuq il-Pjattaforma.
It-Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu tal-Pjattaforma huma addizzjonali, fejn applikabbli, għall-kundizzjonijiet speċjali applikabbli għal ċerti servizzi offruti fid-diversi taqsimiet tas-Sit.
It-Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu tal-Pjattaforma jidħlu fis-seħħ mill-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-Sit u jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu mmodifikati parzjalment jew totalment mill-Pubblikatur.
ARTIKOLU 4 - MODERAZZJONI TAL-KONTENUT
Hija r-responsabbiltà tal-Kontributuri li jiżguraw li l-Kontenut tagħhom ma jiksirx id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn u li jikkonforma mar-regolamenti fis-seħħ.
Il-pubblikazzjoni ta’ Kontenuti pprovduti mill-Kontributur hija soġġetta għal moderazzjoni a posteriori mill-Pubblikatur, li jirriżerva d-dritt li jaħbi kwalunkwe Kontenut li ma jikkonformax mal-liġijiet u r-regolamenti, ma’ dawn it-Termini ta’ Kundizzjonijiet jew mal-Karta tal-Konferenza.
Il-Kontributur u l-Viżitatur huma mistiedna jirrapportaw lill-Pubblikatur kwalunkwe Kontenut li jmur kontra l-prinċipji u l-valuri elenkati hawn fuq u fil-Karta tal-Konferenza, permezz tal-links ta’ rappurtar fuq is-Sit jew billi jibdew konverżazzjoni mat-tim tagħna ta’ moderazzjoni.
ARTIKOLU 5 - LIMITAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ TAL-PUBBLIKATUR
L-informazzjoni li tinsab f’dan is-sit hija preċiża kemm jista’ jkun u s-sit jiġi aġġornat perjodikament, iżda jista’ jkun fih ineżattezzi, ommissjonijiet jew nuqqasijiet. Jekk tinnota nuqqas, żball jew dak li jidher li huwa malfunzjoni, jekk jogħġbok irrapportah lit-tim tagħna ta’ moderazzjoni billi tiddeskrivi l-problema bl-aktar mod preċiż possibbli (paġna li qed tikkawża l-problema, azzjoni skattata, tip ta’ kompjuter u brawżer użat...).
Kwalunkwe kontenut iddawnlowdjat isir għar-riskju tal-utent stess u taħt ir-responsabbiltà unika tal-utent. Konsegwentement, il-Pubblikatur ma jistax jinżamm responsabbli għal kwalunkwe dannu lill-kompjuter tal-utent jew għal kwalunkwe telf ta’ data li jirriżulta mill-iddawnlowdjar.
Il-links ipertest stabbiliti fil-qafas ta’ dan is-sit web għal riżorsi oħra fuq l-Internet ma jinvolvux ir-responsabbiltà tal-Pubblikatur.
Jekk jogħġbok irreferi wkoll għaċ-Ċaħda ta’ Responsabbiltà tas-sit.
ARTIKOLU 6 - DRITT TA’ AĊĊESS U KUNFIDENZJALITÀ
Jekk jogħġbok irreferi għad-dikjarazzjoni speċifika dwar il-politika ta’ privatezza tas-sit.
- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Kunsill Ewropew
- Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE)
- Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
- Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
- Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
- Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (KtR)
- Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
- L-Ombudsman Ewropew
- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
- Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
- L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
- l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
- Aġenziji