Stqarrija ta’ Privatezza
PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK
Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Operazzjoni ta’ pproċessar: Pjattaforma Diġitali li tappoġġja l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa
Kontrollur tad-Data: Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Unità COMM.C.3
Referenza tar-rekord: DPR-EC-07366
1) Introduzzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hija impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif dik l-informazzjoni tintuża u liema drittijiet għandek fir-rigward tad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Din l-istqarrija ta’ privatezza tikkonċerna l-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fl-immaniġġjar tal-Pjattaforma Diġitali li tappoġġja l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (pjattaforma COFE) operata mill-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, l-Unità COMM.C.3 u mill-għaqdiet responsabbli biex jittrattaw l-attivitajiet tal-ipproċessar relatati mal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa fid-dipartiment jew is-servizz kompetenti tal-Kummissjoni.
2) Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
L-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar huwa li tiffaċilita l-operat u l-immaniġġjar tal-pjattaforma diġitali li tappoġġja l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (pjattaforma COFE). Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa hija inizjattiva konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea, li se tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati minn madwar l-Ewropa kollha biex jiddiskutu b’mod konġunt dwar id-direzzjonijiet ta’ politika futuri tal-Unjoni Ewropea.
B’mod speċifiku, il-ġbir u l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali huma neċessarji għal:
- l-iffaċilitar tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni u l-aċċess għall-pjattaforma COFE;
- l-għoti ta’ informazzjoni rilevanti lill-parteċipanti dwar l-avvenimenti ppjanati u għall-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet online organizzati fil-qafas tal-konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa;
- l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni bħal pereżempju emails u stediniet (dan jinvolvi l-immaniġġjar tal-listi tal-kuntatt għall-korrispondenza);
- il-ġbir tal-eżiti tad-dibattiti f’post wieħed;
- l-iskambju ta’ dokumenti relatati mal-konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) għal finijiet ta’ komunikazzjoni u ppjanar, ħarsa ġenerali interna tal-avvenimenti, komunikazzjoni tal-avvenimenti fil-futuri, u statistika;
- id-dokumentazzjoni tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, il-pubblikazzjoni ta’ rapporti, l-avviżi, il-proċedimenti, l-aħbarijiet;
- reġistrazzjoni awdjo u video ta’ kelliema, parteċipanti u organizzaturi li jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma/l-internet/l-intranet tal-COFE fil-kuntest tal-attivitajiet organizzati fil-qafas tal-konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa;
- għanijiet statistiċi u analitiċi;
- il-funzjonament u manutenzjoni siguri tal-pjattaforma COFE.
Il-pjattaforma COFE (https://futureu.europa.eu/) hija interface interattiv għall-utenti tal-web, li tikkomplementa l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa billi tippermetti liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet jipparteċipaw b’mod attiv fl-attivitajiet online tal-konferenza (eż. jirreġistraw għal avveniment, jibagħtu informazzjoni dwar il-konferenza (aġendi, rapporti eċċ.), jissottomettu u jiddiskutu ideat u japprovaw jew jikkummentaw dwar kontribuzzjonijiet oħra tal-utenti). Il-pjattaforma COFE hija bla ħlas u disponibbli għall-pubbliku. L-utenti kollha, reġistrati jew mhux, jistgħu jaċċessaw u jibbrawżjaw il-pjattaforma COFE (l-indirizz IP u/jew l-ID tal-apparat hija meħtieġa biex tibbrawżja s-sit web). Ir-reġistrazzjoni minn qabel hija meħtieġa sabiex tikkontribwixxi fuq il-pjattaforma.
Il-kontenut disponibbli permezz tal-pjattaforma COFE jista’ jiġi pproċessat minn sistema awtomatizzata għall-analiżi tal-kontenut użata biex tgħin lill-analisti jifhmu volumi kbar ta’ informazzjoni mgħoddija, u għad-detezzjoni ta’ diżinformazzjoni potenzjali u forom oħra ta’ manipulazzjoni tad-diskussjonijiet. Fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, l-għodda ta’ analiżi tal-kontenut se tintuża biex:
- tgħin lill-analisti umani sabiex jifhmu l-input tal-kontenut għas-COFE (pereżempju billi jiġu enfasizzati suġġetti emerġenti, jiġi organizzat input fil-kategoriji, fehim tal-emozzjonijiet u l-valuri espressi fit-test) biex jappoġġjaw il-ġenerazzjoni ta’ riżultati tar-riċerka dwar il-politika u l-opinjoni kif ukoll għall-produzzjoni tal-istatistika;
- issib u tenfasizza kontenut potenzjalment problematiku ppublikat fuq il-pjattaforma COFE (inkluż il-possibbiltà ta’ miżinformazzjoni u tentattivi oħrajn biex jiġu mmanipulati d-diskussjonijiet u l-opinjoni pubblika tas-COFE, u inkluża r-riċerka dwar id-detezzjoni ta’ diskors ta’ mibegħda u estremiżmu vjolenti);
- it-taħriġ u t-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema ta’ analiżi tal-kontenut użata għall-klassifikazzjoni tas-sentiment, l-emozzjoni, id-diżinformazzjoni possibbli, u karatteristiċi oħrajn tat-test, inkluża r-riċerka fl-estrazzjoni ta’ informazzjoni minn ammonti kbar ta’ test f’ħafna lingwi.
Is-sistema li tanalizza il-kontenut se tevalwa biss il-kontenut sottomess permezz tal-pjattaforma COFE. Din se tinkludi tweġibiet psewdonimizzati għall-kwestjonarju soċjodemografiku u l-kontenut l-ieħor (posts, kummenti, approvazzjonijiet, likes, votazzjonijiet) sottomessi fuq il-pjattaforma (inkluż metadata assoċjata bħal meta sar l-input). Huwa importanti li wieħed jinnota li s-sistema b’ebda mod mhi se tiġbor id-data personali meħtieġa għar-reġistrazzjoni (eż. l-isem, il-kunjom, l-indirizz tal-email) sakemm ma tkunx imsemmija b'mod speċifika fil-kummenti, fil-posts u f’kontribuzzjonijiet pubbliċi oħrajn sottomessi mill-utenti nfushom. Kull utent se jiġi assenjat identifikatur uniku sabiex tiġi evitata l-possibbiltà għall-identifikazzjoni ta’ suġġett tad-data individwali.
3) Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?
Nipproċessaw id-data personali tiegħek, għax:
1- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni (l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725)
L-ipproċessar tad-data personali huwa meħtieġ biex jiffaċilita l-operat u l-immaniġġjar tal-pjattaforma COFE.
Skont l-objettiv ġenerali tal-Artikolu 11(1) TUE li jitrawwem eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew ewlieni u li ċ-ċittadini jinġiebu eqreb lejn l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-obbligi ta’ ftuħ, trasparenza u aċċessibbiltà stabbiliti mill-Artikolu 15 TFUE.
Wieħed mill-objettiv tal-Kummissjoni huwa li tippromwovi d-demokrazija Ewropea u tipprovdi l-mezzi għaċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi biex jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma kollha ta’ azzjoni tal-Unjoni. Speċifikament, id-djalogi ċivili orizzontali għandhom il-potenzjal li jestendu u jsaħħu l-mudell Ewropew tad-demokrazija billi jrawmu dibattitu demokratiku multilingwi u jikkontribwixxu għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni kif ukoll iżidu l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għaċ-ċittadini.
Dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu l-aħjar b’mod partikolari, permezz ta’ pjattaformi diġitali li jippermettu l-iskambju orizzontali u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-attivitajiet demokratiċi u politiċi tal-Unjoni. Il-pjattaforma COFE, għandha tkun post għaċ-ċittadini biex jaqsmu l-ideat tagħhom u jibagħtu sottomissjonijiet online u jaġixxu bħala ċentru għall-attivitajiet kollha tas-COFE u bħala forma ġdida ta’ forum pubbliku multiparteċipattiv, li huwa l-aktar adattat għall-iskambju ta’ proposti għaċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili. Hija spazju għall-identifikazzjoni u r-riflessjoni u l-bini fuq il-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-proġett Ewropew, il-ħolqien ta’ sfera pubblika Ewropea billi tgħin biex jingħalaq id-distakk bejn dawk li jfasslu l-politika u ċ-ċittadini u jiġi sfruttat ukoll il-potenzjal għal parteċipazzjoni sinifikanti miċ-ċittadini.
Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u l-pjattaforma tħabbru fost il-prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-President tal-Kummissjoni fil-Linji Gwida Politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024 (https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/political-guidelines-next-commission_mt.pdf) u definiti aktar fil-Komunikazzjoni sussegwenti mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-Tfassil tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (COM (2020) 27 final) f’Jannar 2020. Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa hija pjattaforma li għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 u l-pożizzjoni tal-Kunsill 9102/20 maqbula fl-24 ta’ Ġunju 2020.
Fl-aħħar nett, l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni marbuta ma’ prijoritajiet ta’ komunikazzjoni annwali jew pluriennali speċifiċi skont id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President tal-Kummissjoni, huma kkunsidrati bħala kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi tal-Kummissjoni fil-livell istituzzjonali, kif previst fl-Artikolu 58(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
2- is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725)
Għall-attivitajiet speċifiċi ta’ pproċessar, il-kunsens tas-suġġett tad-data huwa meħtieġ. F’konformità mal-Artikolu 3(15) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kunsens irid jingħata b’mod liberu, speċifiku, infurmat u mhux ambigwu.
Il-kunsens tiegħek huwa meħtieġ:
- għar-reġistrazzjoni u l-aċċess għall-pjattaforma COFE
- għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet online tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (eż. il-preżentazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet fuq il-pjattaforma COFE).
Aħna ksibna l-kunsens tiegħek direttament mingħandek matul ir-reġistrazzjoni għall-pjattaforma COFE.
4) X’data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
Skont iċ-ċirkostanzi u l-attività tiegħek fuq il-pjattaforma, il-Kontrollur tad-Data jista’ jiġbor u jipproċessa aktar il-kategoriji ta’ data li ġejjin:
1- Data miġbura mill-utenti kollha (reġistrati jew mhux reġistrati): identifikaturi online (indirizz IP u ID tal-apparat), miġbura biss għal miżuri ta’ sigurtà.
Meta ddaħħal sit web tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni tirċievi bħala rekwiżit tekniku essenzjali l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (indirizz IP) jew l-ID tal-apparat użat biex taċċessa s-sit web.
Mingħajr dan l-ipproċessar ma tkunx tista’ tistabbilixxi konnessjoni teknika bejn l-apparat tiegħek u l-infrastruttura tas-server miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea u għalhekk ma tkunx tista’ taċċessa s-siti web tal-Kummissjoni Ewropea.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta r-rekord dwar l-ipproċessar tad-data personali fid-dominju europa.eu, DPR-EC-00083.
2- Data miġbura mill-utenti kollha reġistrati:
Mandatorja
- isem (isem u kunjom)
- laqam
- indirizz tal-email
Fakultattiva
Data personali meħtieġa għal skopijiet ta’ statistika u rappurtar
- ġeneru
- nazzjonalità
- grupp ta' età
- pajjiż ta’ residenza
- attività professjonali
- sfond edukattiv u professjonali
- urbanizzazzjoni suġġettiva (żona rurali/metropolitana)
3- Kontenut ippubblikat mill-utent reġistrat (l-utenti reġistrati tal-pjattaforma jistgħu fi kwalunkwe każ jipprovdu informazzjoni addizzjonali, li xi wħud minnha jista’ jkun fiha data personali):
- opinjonijiet u kontribuzzjoni(jiet) oħra* sottomessi fuq il-pjattaforma COFE
- involviment, ilħuq u sentiment (eż. “likes” ta’ proposti ta’ politika, kummenti, jew kontribuzzjonijiet ta’ parteċipanti oħrajn)
4- Il-kategoriji ta’ data pproċessati mill-applikazzjoni tal-EU Login (IAMS) huma deskritti fir-rekord tad-DIGIT (DPR-EC-03187)
* Għall-fini ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar, il-kontribuzzjonijiet jinkludu kwalunkwe idea, kumment, opinjoni, post sottomess mill-utenti tal-pjattaforma COFE matul l-attivitajiet li jaqgħu fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.
Minħabba s-sensittività potenzjali tad-data tiegħek, inti mistieden li tkun viġilanti meta tikkontribwixxi fuq il-pjattaforma COFE.
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni la titlob u lanqas tistenna li l-parteċipanti għall-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa jinkludu (i) kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament 2018/1725 (jiġifieri “data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika”). Madankollu, minħabba n-natura tal-Konferenza, il-kontribuzzjonijiet li tippreżenta permezz tal-pjattaforma COFE jistgħu jindirizzaw suġġetti u temi li direttament jew indirettament jiżvelaw informazzjoni dwar is-saħħa, il-konvinzjonijiet u t-twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż tiegħek, l-affiljazzjonijiet politiċi, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini razzjali jew etnika jew saħansitra s-sħubija fi trade union. Kwalunkwe inklużjoni ta’ dawn it-tipi ta’ data personali hija r-responsabbiltà tal-parteċipant.
F’dan il-każ l-ipproċessar mhuwiex ipprojbit, peress li l-kontribuzzjonijiet tiegħek jiġu pprovduti fuq bażi volontarja u d-data personali tiegħek tiġi pproċessata abbażi tal-kunsens espliċitu tiegħek u dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, abbażi tal-liġi tal-Unjoni (Taqsima 3.1) li hija proporzjonata għall-iskop segwit, jirrispetta l-essenza tad-dritt tal-protezzjoni tad-data u jipprovdi miżuri adatti u speċifiċi biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi fundamentali tiegħek skont l-Artikolu 10(2) (a) u (e) tar-Regolament 2018/1725.
5) Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?
Il-Kontrollur tad-Data jżomm id-data personali tiegħek biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir, jiġifieri sakemm tħassar l-abbonament tiegħek mil-lista postali.
1- Data personali meħtieġa għall-operat u l-immaniġġjar tal-pjattaforma COFE
Id-data personali tiegħek miġbura għall-fini tar-reġistrazzjoni u ppreżentata matul il-Konferenza se tinżamm għal perjodu massimu ta’ sentejn wara l-aħħar jum ta’ attività tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li warajha d-data tiġi trasferita fl-arkivji storiċi tal-Kummissjoni.
2- Rapporti, dokumenti stampati u elettroniċi, inklużi r-rekords tal-ARES miżmuma mid-DĠ COMM
Ir-rekords stampati u elettroniċi kollha li jikkonċernaw il-korrispondenza ta’ kuljum, is-sejħiet għal proposti u/jew għal interessi flimkien mal-files kuntrattwali/finanzjarji li jirriżultaw kif ukoll ir-rapporti li jkun fihom id-data aggregata se jiġu arkivjati skont il-Lista Komuni ta' Ritenzjoni fil-Livell ta' Kummissjoni (SEC (2019) 900/2) u maħżuna fl-ARES (Sistema ta’ Rekords Avvanzati) taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali għal perjodu ta’ għaxar (10) snin bl-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni u għażla (ara r-rekord DPR-EC-3871 - Immaniġġjar tal-arkivji tal-Kummissjoni Ewropea).
6) Kif nipproteġu u nissikuraw id-data personali tiegħek?
Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) jinħażnu fis-servers tal-Kummissjoni jew tal-kuntratturi tagħha. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 201persunal 7/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.
Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data personali f’isem il-Kummissjoni, u mill-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (GDPR).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar.
7) Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-persuna awtorizzat tal-Kummissjoni Ewropea u lill-kuntratturi tagħhom responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta l-ftehimiet statutorji, u meta meħtieġ, il-ftehimiet addizzjonali tal-kunfidenzjalità.
L-istaff mandatat tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea involuti fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa għandhom aċċess għad-data personali miġbura permezz tal-pjattaforma COFE għall-fini tal-operat tal-pjattaforma u l-immaniġġjar ottimali tal-Konferenza kif ukoll għal azzjoni ta’ segwitu li tista’ tkun meħtieġa għal skopijiet ta’ aktar ipproċessar (eż. biex jiġu prodotti rapporti tal-Konferenza, biex issir riċerka dwar l-analiżi tal-opinjoni pubblika u/l-arkivjar). Dan jista’ jinkludi: data tar-reġistrazzjoni, identifikaturi online, data soċjodemografika u l-kontribuzzjonijiet kollha sottomessi matul il-Konferenza. Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li d-data hija aċċessibbli biss fuq bażi ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif”, speċifikament:
- It-tim tal-IT tal-Kummissjoni se jkollu aċċess għad-data li hija strettament meħtieġa biex jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku xieraq (eż. helpdesk, immaniġġjar tad-drittijiet ta’ aċċess, manutenzjoni tal-pjattaforma)
- Il-moderaturi u l-utenti tal-amministraturi se jkollhom aċċess għall-isem sħiħ u l-indirizz tal-email, kif ipprovdut matul ir-reġistrazzjoni.
- Id-data soċjodemografika psewdonimizzata pprovduta mill-utenti se tkun disponibbli għall-istaff awtorizzat tal-JRC esklużivament għar-riċerka u l-analiżi tal-opinjoni
L-istaff mandatat tal-proċessuri tal-Kummissjoni (inklużi kuntratturi esterni) jista’ jiġi pprovdut bid-data rilevanti għalihom biex jipprovdu l-appoġġ loġistiku u organizzattiv meħtieġ (eż. il-manutenzjoni teknika tal-pjattaforma) u għat-twettiq ta’ obbligi oħrajn stabbiliti fl-arranġamenti bejn il-proċessuri esterni u l-Kummissjoni. Dan jista’ jinkludi: id-data tar-reġistrazzjoni, l-identifikaturi online u l-kontribuzzjonijiet kollha ppreżentati matul il-Konferenza.
Il-pubbliku ġenerali se jkollu aċċess għall-informazzjoni murija fuq il-pjattaforma COFE li hija disponibbli għall-pubbliku.
Jekk jogħġbok innota li skont l-Artikolu 3(13) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-awtoritajiet pubbliċi (eż. il-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE) li jistgħu jirċievu data personali fil-qafas ta’ inkjesta partikolari f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew tal-Istat Membru ma għandhomx jitqiesu bħala riċevituri. L-ipproċessar ulterjuri ta’ dik id-data minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandu jkun f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data skont l-għanijiet tal-ipproċessar.
L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief sal-punt u għall-iskop li nistgħu nkunu meħtieġa li nagħmlu dan bil-liġi.
8) X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Fir-rigward ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar, inti tista’ teżerċita d-drittijiet li ġejjin:
- id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek (l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt għal rettifika f’każ li d-data personali tiegħek ma tkunx preċiża jew ma tkunx kompluta (l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt għal tħassir tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- fejn applikabbli, id-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- id-dritt għall-portabbiltà tad-data (l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725);
- u d-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq ġuridikament skont l-Artikolu 5(1)(a).
Jekk ipprovdejt il-kunsens tiegħek lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni, Unità COMM.C.3 għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar, tista’ tirtiraha fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens tiegħek.
Inti tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni biex tkun tista' tikkuntattja qegħda taħt it-Taqsima 9.
Meta tkun tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza/Referenzi tar-reġistrazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 10 ta’ hawn taħt).
9) Informazzjoni ta’ kuntatt
Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, l-Unità COMM.C.3 (COMM-DGA1-COFE@ec.europa.eu).
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD)
Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.
10) Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni ddettaljata?
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz tal-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register
Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-07366