Karta tal-Konferenza
Il-Karta għaċ-ċittadini u l-organizzaturi ta’ avvenimenti li qed jipparteċipaw fil-
KONFERENZA DWAR IL-ĠEJJIENI TAL-EWROPA
Se nikkontribwixxi għad-dibattitu u d-deliberazzjonijiet dwar il-prijoritajiet għall-ġejjieni komuni tagħna, flimkien ma’ ċittadini mill-isfondi, mill-modi ta’ ħajja u mill-irkejjen kollha tal-Unjoni Ewropea.
Bħala parteċipant fil-Konferenza, nimpenja ruħi li:
- Nirrispetta l-valuri Ewropej tagħna, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea: id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittjiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, li jiffurmaw parti minn dak li jfisser li tkun Ewropew u li nikkomunikaw b’rispett lejn xulxin. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha f'soċjetà fejn iridu jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
- Nikkontribwixxi għall-Konferenza bi proposti kostruttivi u konkreti, filwaqt li nirrispetta l-opinjonijiet taċ-ċittadini l-oħrajn u nibnu l-ġejjieni tal-Ewropa flimkien.
- Noqgħod lura milli nesprimi, inxerred jew naqsam kontenut li jkun illegali, ta’ mibegħda jew deliberatament falz jew qarrieqi. F’dan il-kuntest, se nirreferi dejjem għal sorsi kredibbli u affidabbli meta naqsam kontenut u informazzjoni biex jappoġġjaw l-ideat tiegħi.Il-parteċipazzjoni tiegħi fil-Konferenza hi volontarja u mhux se nipprova nuża l-Konferenza biex infittex xi interessi kummerċjali jew esklużivament privati.
Bħala parti li qed norganizza l-avvenimenti taħt il-kappa tal-Konferenza, nimpenja ruħi li:
- Inpoġġi liċ-ċittadini fiċ-ċentru ta’ kull avveniment u nippermettilhom jesprimu l-opinjoni tagħhom b’mod liberu.
- Nippromwovi avvenimenti li huma inklużivi u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, inkluż billi nippubblika d-dettalji ta’ kull avveniment fuq il-pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza.
- Nirrispetta l-prinċipji kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u niżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiddiskutu s-suġġetti li huma rilevanti għalihom.
- Inħeġġeġ id-diversità fid-dibattiti, billi nappoġġja b’mod attiv il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini mill-modi kollha tal-ħajja, irrispettivament mill-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, l-isfond soċjoekonomiku, ir-reliġjon u/jew il-livell ta’ edukazzjoni..
- Nirrispetta l-libertà tal-espressjoni, billi nagħti spazju għal opinjonijiet u proposti li jikkompetu - sakemm dawn la jkunu ta’ mibegħda u lanqas illegali.
- Fejn hu possibbli u rilevanti, niffavorixxi l-parteċipazzjoni transfruntiera taċ-ċittadini u l-użu ta’ lingwi differenti tal-UE fl-avvenimenti.
- Niggarantixxi trasparenza sħiħa. Wara kull avveniment, se nirrapporta b'mod miftuħ dwar id-dibattiti u r-rakkomandazzjonijiet formulati miċ-ċittadini fuq il-pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza. Se nistrimja u/jew inxandar l-avvenimenti, fejn ikun possibbli.
- Meta nipprovdi informazzjoni dwar is-suġġetti fid-dibattitu liċ-ċittadini (eż. materjal diġitali, stampat jew awdjoviżiv), niżgura li tkun preċiża, affidabbli, aċċessibbli u b’referenzi traċċabbli.
- Niżgura l-konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.
- Nuża biss l-identità viżwali tal-Konferenza biex nikkomunika dwar l-avveniment.
Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet sħab li jixtiequ jieħdu parti attiva fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa għandhom jirrispettaw din il-Karta. L-Istituzzjonijiet Ewropej jirriżervaw id-dritt li jneħħu l-kontenut mill-pjattaforma diġitali jekk jinstab li jkun qed jikser dan l-impenn personali, kif ukoll li jipprevjenu jew jirtiraw id-dritt li tintuża l-identità viżwali tal-Konferenza minn individwu jew organizzazzjoni bi ksur tal-prinċipji tal-Konferenza.
Tista’ tniżżel il-verżjoni PDF ta’ dan id-dokument hawnhekk.
Konferenza dwar il-futur tal-Ewropa
Ikkuntattja lill-UE
- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
Sib kont tal-midja soċjali fuq l-UE
Istituzzjonijiet tal-UE
Search for EU institutions
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Kunsill Ewropew
- Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE)
- Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
- Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
- Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
- Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (KtR)
- Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
- L-Ombudsman Ewropew
- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
- Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
- L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
- l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
- Aġenziji