X’inhi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa?
- X’inhi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa?
- Kif nista’ ninvolvi ruħi?
- Kif norganizza avveniment?
- Ir-Regoli ta’ Parteċipazzjoni
- Bord Eżekuttiv
- Panels taċ-Ċittadini Ewropej
- Panels u avvenimenti nazzjonali
- Plenarja tal-Konferenza
- Gruppi ta’ Ħidma tal-Plenarja
- Materjal ta’ informazzjoni
- Rapportar
- Toolkit
- Document Directory
- COFE Datathon
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija opportunità unika u f’waqtha għaċ-ċittadini Ewropej biex ikollhom dibattitu dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa. Irrispettivament minn fejn int jew x’tagħmel, dan huwa l-post biex taħseb x’futur trid għall-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea impenjaw ruħhom li jisimgħu lill-Ewropej u li jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-isfera tal-kompetenzi tagħhom.
Sar-rebbiegħa tal-2022, il-Konferenza mistennija tasal għal konklużjonijiet biex tipprovdi gwida dwar il-futur tal-Ewropa.
Min jista’ jieħu sehem?
Iċ-ċittadini Ewropej, minn kull qasam tal-ħajja u minn kull rokna tal-Unjoni, biż-żgħażagħ Ewropej jaqdu rwol ċentrali fit-tiswir tal-futur tal-proġett Ewropew.
L-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet oħra li jixtiequ jorganizzaw avvenimenti u jikkontribwixxu ideat.
Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw il-valuri stabbiliti fil-Karta tal-Konferenza tagħna.
X'inhuma l-komponenti tal-Konferenza?
- Pjattaforma diġitali multilingwi – se tkun il-post fejn iċ-ċittadini jaqsmu l-ideat tagħhom u jibagħtu s-sottomissjonijiet online. Dawn jinġabru, jiġu analizzati, immonitorjati u ppubblikati matul il-Konferenza;
- Avvenimenti deċentralizzati – avvenimenti virtwali u wiċċ imb wiċċ organizzati min-nies u mill-organizzazzjonijiet, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Ewropa kollha;
- Il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej – il-bordijiet jiddiskutu suġġetti differenti u jressqu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom; huma rappreżentattivi f'termini tal-oriġini ġeografika, il-ġeneru, l-età, l-isfond soċjoekonomiku u/jew il-livell ta’ edukazzjoni;
- Plenarja tal-Konferenza – dan jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet mill-panels nazzjonali u Ewropej taċ-ċittadini, miġbura skont it-temi, jiġu diskussi mingħajr eżitu predeterminat.
Min qed imexxi l-Konferenza?
Il-Konferenza titqiegħed taħt l-awtorità tat-tliet istituzzjonijiet, rappreżentati mill-President tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxu bħala l-Presidenza Konġunta tagħha.
Il-Presidenza Konġunta hija appoġġata minn Bord Eżekuttiv, li huwa kopresedut mit-tliet istituzzjonijiet tal-UE (is-Sur Guy Verhofstadt, Membru tal-Parlament Ewropew, is-Sur Clément Beaune, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet tal-UE għall-Presidenza Franċiż tal-Kunsill* u s-Sinjura Dubravka Šuica, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għad-Demokrazija u d-Demografija).
Segretarjat Komuni, ta’ daqs limitat u magħmul minn uffiċjali li jirrappreżentaw it-tliet istituzzjonijiet b'mod ugwali, jassisti l-ħidma tal-Bord Eżekuttiv.
X'se jkun ir-riżultat tal-Konferenza?
L-eżitu finali tal-Konferenza ser jiġi ppreżentat f'rapport lill-Presidenza Konġunta. It-tliet istituzzjonijiet ser jeżaminaw malajr kif isegwu b'mod effettiv dan ir-rapport, kull waħda fl-isfera tal-kompetenzi tagħha u f'konformità mat-Trattati.
X’inhu r-rwol ta’ din il-pjattaforma diġitali?
Il-pjattaforma diġitali hija ċ-ċentru tal-Konferenza: hija l-mod kif tista’ tinvolvi ruħek u ssemma’ leħnek fil-Konferenza. Hawn tista’ taqsam il-ħsibijiet tiegħek dwar l-Ewropa u l-bidliet li jeħtieġ li jseħħu, tara x’għandhom x'jgħidu l-oħrajn, issib attivitajiet qrib tiegħek, torganizza l-attività tiegħek stess u ssegwi l-progress u l-eżitu tal-Konferenza.
Kif issemma’ leħnek?
Sempliċiment agħżel mill-firxa komprensiva ta' suġġetti, u semma’ l-fehma tiegħek lill-Konferenza. L-ideat tiegħek jinġabru, jiġu analizzati, jiġu mmonitorjati u jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma matul il-Konferenza. Dawn imbagħad jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet li jkunu qed isiru fil-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u fil-Plenarji. L-eżitu finali tal-Konferenza se jiġi ppreżentat f’rapport lill-Presidenza Konġunta. It-tliet istituzzjonijiet se jeżaminaw malajr kif isegwu b’mod effettiv dan ir-rapport, kull waħda fl-isfera ta' kompetenzi tagħha u f’konformità mat-Trattati.
Ara wkoll: Kif nista’ ninvolvi ruħi?
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa mhi xejn mingħajrek u l-involviment tiegħek f’din il-pjattaforma. Il-futur f’idejk.
Semma’ leħnek.
Dokumenti relatati
Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa
- Ċemplilna 00 800 6 7 8 9 10 11
- Uża alternattivi telefoniċi oħra
- Iltaqa’ magħna f’uffiċċju lokali tal-UE
- Iktbilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna
- Il-Parlament Ewropew
- Il-Kunsill Ewropew
- Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Il-Kummissjoni Ewropea
- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE)
- Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
- Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
- Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
- Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
- Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (KtR)
- Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
- L-Ombudsman Ewropew
- Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
- Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
- L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
- l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
- Aġenziji